Tagħlim bi u bla internet


X’jiġifieri tagħlim ta’ lingwa bi u bla internet?

 

Nistgħu ngħidu li l-metodoloġija tat-tagħlim imħallat, bi u bla internet hija metodoloġija relattivament ġdida. Din il-metodoloġija tgħaqqad il-ħeġġa u l-motivazzjoni għat-tagħlim li jkun hemm fil-klassi tradizzjonali, mal-gost u l-flessibiltà li joffru t-tagħlim elettroniku (dirett jew mill-bogħod). Il-korsijiet jistgħu jintlaħqu minn kulħadd u għandhom jogħġbu lill-istudenti adulti ta’ llum.

 

B’tagħlim imħallat nifhmu tagħlim li jsir b’riżorsi ta’ l-internet u b’xogħol li jsir fi grupp taħt l-għajnejn ta’ għalliem. L-istudent jaħdem għal rasu, imma jitwieżen mill-għalliem u minn sħabu. Fis-sessjonijiet tal-grupp, l-istudenti jevalwaw xi progress ikunu għamlu, jitħarrġu fit-taħdit, jirrevedu taqsimiet mgħallma u jħejju ruħhom għal taqsimiet oħra. Fil-korsijiet l-istudenti jingħataw ħidmiet li jkunu jistgħu jwettquhom mit-tagħrif li jingħata u l-materjal mogħti fuq il-pjattaforma elettronika. L-istudent jaħdem għal rasu imma biex jagħmel xi ħidmiet ikun jeħtieġlu jikkollabora ma’ studenti oħra tal-grupp tiegħu, ngħidu aħna billi jieħu sehem f’diskussjoni diretta bl-internet.

Il-ħin li wieħed iqatta’ jitgħallem mal-grupp u bl-internet ivarja minn kors għal ieħor. Għaddejjin studji biex jinstab l-aħjar bilanċ bejn iż-żewġ metodi.


L-idea li l-għalliem iqatta’ inqas ħin jaħdem fuq kors elettoniku jew imħallat milli fuq kors normali hija idea żbaljata, anke jekk b’din il-metodoloġija l-ammont ta’ xogħol jonqos għall-għalliem.

 

Il-grupp jista’ jaħtar mexxej biex jirrappreżentah u biex jikkomunika ma’ l-għalliem f’isem kulħadd. B’dan il-mod l-għalliem ikun jista’ jaħdem aħjar għax il-posta elettronika tonqos.

Il-listi ta’ l-iżbalji komuni li jagħmlu l-istudenti, jgħinu biex id-diskussjoni ssir mal-grupp kollu u mhux ma’ individwi partikolari.

 

Jekk l-istudenti jikkoreġu x-xogħol ta’ xulxin qabel ma jibagħtuh lill-għalliem tagħhom, l-għalliem ikollu inqas kitbiet x’jaqra u x’jikkoreġi, u l-kors jimxi aħjar.

 

Il-Korsijiet ta’ tagħlim bi u bla internet TOOL


Il-Korsijiet ta’ Tagħlim Imħallat li qed jitfasslu għandhom xejriet ġodda. Fost oħrajn permezz tagħhom l-għalliema se jkunu jistgħu jikkoreġu xogħol l-istudenti direttament bl-internet. Tul il-kors l-għalliema se jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ l-istudenti filwaqt li l-istudenti se jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin, jaħdmu fi gruppi, juru xogħolhom lil xulxin u jibnu komunità bejniethom.

Minbarra dan kollu, il-ħafna għodda mħaddma fit-tfassil ta’ dan il-kors jippermettu lil dawk li fasslu l-kors idaħħlu elementi oħra, ngħidu aħna xi aħbarijiet. Hekk jekk tiġri xi ħaġa u tkun marbuta ma’ suġġett fil-kors, din tkun tista’ tiddaħħal f’il-kors ukoll. Dan juri x’siwi għandu l-kors u kemm jista’ jqanqal motivazzjoni f’min jidħol għalih.

Is-CNAI li huma l-koordinaturi tal-proġett, ilhom 3 snin jaħdmu f’dan il-qasam u bis-saħħa ta’ din il-metodoloġija qegħdin dejjem jiksbu riżultati aħjar.

 

Avviż dwar il-jeddijiet miżmuma

 

It-Termini u l-Kundizzjonijiet