L-istituzzjoni li qed tikkoordina


Il-Fondazzjoni EuroEd, Iasi, ir-Rumanija



 

Taħdem f'oqsma edukattivi - fi proġetti b'bixra edukattiva, it-tagħlim tul il-ħajja, xogħol fil-komunità, proġetti bi sħab ma' entitatijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.  

Il-EuroEd ħadet sehem f’ 9 proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea. Fost oħrajn ikkoordinat u mexxiet uħud mill-akbar u l-aqwa proġetti.

Il-fondazzjoni hija membru fundatur ta’ QUEST u membru msieħeb f’EQUALS. Il-koordinatur tal-proġett huwa Prof. Dr. Steffan Colibaba

Il-Fondazzjoni EuroEd



EuroEd

 

 

L-Imsieħba


L-International House ta’ Tallinn, l-Estonja



 

L-International House ta’ Tallinn, l-Estonja

L-International House ta’ Tallinn hija skola tal-lingwi li ilha għal dawn l-aħħar 15-il sena tfassal u torganizza korsijiet tal-lingwi u korsijiet ta’ taħriġ għall-għalliema tal-lingwi. L-iskola toffri wkoll servizzi ta’ traduzzjoni.

Fl-Estonja din l-iskola titqies bħala ċentru ewlieni ta’ tagħlim tal-lingwi.

 

L-International House ta’ Talinn hija membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija International House u kienet involuta f’bosta proġetti Ewropej.



L-International House ta’ Talinn

 

 

 

L-Università ta’ Ljubljana, iċ-Ċentru tas-Sloven bħala t-Tieni Lingwa u Lingwa Barranija, is-Slovenja


 

Iċ-Ċentru tas-Sloven bħala t-Tieni Lingwa u Lingwa Barranija jifforma parti mid-Dipartiment ta’ l-Istudji Sloveni tal-Fakultà ta’ l-Arti, ta’ l-Università ta’  Ljubljana . Iċ-Ċentru jaħdem biex ixerred mad-dinja l-għarfien tal-lingwa Slovena, u tal-letteratura u l-kultura tas-Slovenja. Iċ-Ċentru jħeġġeġ ir-riċerka internazzjonali fil-lingwa u l-letteratura tas-Slovenja, iniedi konferenzi professjonali u tekniċi, u qed jibni struttura li biha min jinteressa ruħu fis-Sloven ikollu fejn jitgħallmu, modi kif ikun eżaminat u ‘l min jagħtih iċ-ċertifikazzjoni skond il-profiċjenza tiegħu.

 


Iċ-Ċentru tas-Sloven bħala t-Tieni Lingwa u Lingwa Barranija

 

 

 

Iċ-Centru tal-Gvern ta’ Navarra, Pamplona, Spanja



Is-CNAI huwa ċentru speċjalizzat fi programmi ta’ tagħlim imħallat tal-lingwi, li huwa sostnut mill-Gvern ta’ Navarra fi Spanja. Iċ-ċentru jirsisti biex itejjeb u jsaħħaħ is-sistemi edukattivi preżenti u t-tagħlim tul il-ħajja.

 

Bis-saħħa tal-mod flessibbli li bih taħdem is-CNAI f’livelli varji ta’ l-edukazzjoni, ħafna ħaddiema tal-gvern ta’ Navarra tħajru jitgħallmu xi lingwi Ewropej.

Bħal TOOL il-korsijiet tas-CNAI jitfasslu bil-għan li jgħinu lill-istudenti jsiru awtonomi. F’dan il-qasam, iċ-ċentru jitqies minn bosta bħala fost l-aqwa ċentri li joffru sistemi ta’ tagħlim imħallat tal-lingwi.



CNAI

 

 

 

L-Iskola Post Sekondarja Kareld de Grote, Antwerp, il-Belġju



 

L-Iskola Post Sekondarja Kareld de Grote, ta’ Antwerp hija istitut ta’ edukazzjoni ogħla li joffri firxa wiesgħa ta’ korsijiet professjonali u akkademiċi li jwasslu għal Baċellerat u Masters, korsijiet għal min ikun diġà ggradwa, korsijiet speċjali għal min ikun fl-industrija u korsijiet apposta għal għaqdiet mhux governattivi

 

L-istitut għandu sitt departimenti. Mat-tmint elef student isegwu korsijiet fih u jgħallmuhom ma’l-elf għalliem/a.

 

Il-Kulleġġ Universitarju jqis it-tagħlim tal-lingwi bħala importanti ħafna għall-futur professjonali ta’ l-istudenti lokali u barranin tiegħu. 

 

Iċ-Ċentru tal-Lingwi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xjenzi Kummerċjali u l-Immaniġġjar jaħdem id f’id mat-taqsima tat-tagħlim elettroniku ta’ l-iskola post sekondarja. Flimkien iż-żewġ entitajiet qed joħolqu korsijiet ta’ tagħlim imħallat tal-lingwi u riżorsi multimedja.

 

L-Iskola Post Sekondarja Kareld de Grote ħadet sehem f’ħafna proġetti Ewropej u proġetti oħra



L-Iskola Post Sekondarja Kareld de Grote

 

 

 

L-Organizzazzjoni Dinjija International House


L-Organizzazzjoni Dinjija International House (IHWO Ltd) hija kumpanija Ingliża li twaqqfet fl-1953 u tiġbor fi ħdanha l-iskejjel kollha li jġibu l-isem International House. Bħalissa l-assoċjazzjoni hija magħmula minn 130 skola mxerrda fi 48 pajjiż. L-organizzazzjoni tista’ tgħid għandha skola f’kull pajjiż Ewropew.

Fil-bini ewlieni tal-IHWO jaħdmu biss 9 persuni, imma l-assoċjazzjoni tħaddem madwar 4,000 ruħ madwar id-dinja.

L-International House tat sehemha f’għadd kbir ta’ ħidmiet. Tista’ tgħid li kienet involuta f’kull programm edukattiv Ewropew


L-Organizzazzjoni Dinjija International House

 

 

 

Il-European Cultural Interactions


Imwaqqfa f’Ateni fl-2004, din il-kumpanija taħdem bħala pjattaforma għall-programmi Ewropej fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u l-kultura. Mal-kumpanija jaħdmu xibka ta’ esperti multilingwali li għandhom mal-15-il sena esperjenza f’dawn l-oqsma. Il-kumpanija hija midħla ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, tal-gruppi li jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet, ta’ ħafna għaqdiet mhux governattivi Ewropej, ta’ netwerks, ta’ fondazzjonijiet u ta’ ċrieki akkademiċi.


Il-European Cultural Interactions ikkoordinat xi proġetti Ewropej u kienet imsieħba f’xi proġetti oħra li kellhom suċċess.



Il-European Cultural Interactions

 

 

 

L-Iskola tal-Lingwi ta’ l-International House, l-Ungerija



L-Iskola tal-Lingwi ta’ l-International House, ta’ l-Ungerija torganizza korsijiet ta’ tagħlim tal-lingwi u korsijiet ta’ taħriġ għall-għalliema.


L-iskola hija fost l-akbar skejjel ta’ l-Ungerija u tħaddem magħha 49 ruħ. L-iskola għandha s-setgħa tagħti ċ-Ċertifikat fit-Tagħlim tal-Lingwa Ungeriża.

Fuq livell internazzjonali l-iskola tikkollabora ma’ istituzzjonijiet oħra lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali (tas-Socrates u oħrajn) fit-tfassil u t-twettiq ta’ proġetti ta’ tagħlim.

L-Iskola tal-Lingwi ta’ l-International House, l-Ungerija

 

 

 

L-Università ta’ Malta



 

L-Università ta’ Malta hija l-ikbar istituzzjoni ta’ tagħlim f’Malta. B’kollox jattendu fiha 9,000 student, fosthom mas-700 student barrani. L-Università tħaddem 507 akkademiku regolari u 304 akkademiku ieħor.

L-Università ħadet sehem f’bosta proġetti Ewropej, ngħidu aħna għadd ta’ proġetti tal-Lingua.

 

L-Università ta’ Malta

 

 

 

 

 

Il-Kindersite Project Ltd., l-Ingilterra



Il-proġett Kindersite huwa proġett speċjalizzat fix-xandir u t-tixrid ta’ siti elettroniċi. Xogħlu huwa li jwassal tagħrif fuq proġetti elettroniċi lill-professjonisti Ewropej tal-lingwi.

Fi ħsiebu l-Kindersite għandu 6 proġetti differenti li qed jaħdmu fuq l-istess linji. Il-Kindersite joffri wkoll taħditiet fuq dan il-qasam minn kelliema ewlenin. 

It-tim tal-Kindersite jieħu ħsieb sit elettroniku dinji li huwa bla ħlas. Dan is-sit jintuża biex jintgħallem l-Ingliż bħala l-1 u t-2 lingwa fi 17,100 skola mxerrda f’150 pajjiż.

Kindersite

 

 

 

Avviż dwar il-Jeddijiet Miżmuma

 

It-Termini u l-Kundizzjonijiet