Il-Metodoloġija


Il-ħames korsijiet fil-lingwi (l-Estonjan, il-Malti, l-Olandiż, is-Sloven u l-Ungeriż) qed jitfasslu minn speċjalisti f’dawn l-oqsma:

  • Il-ħolqien ta’ korsijiet fil-lingwi u materjal marbut magħhom
  • L-użu tat-teknoloġija ta’ l-informatika u pjattaformi elettroniċi biex jintgħallmu l-lingwi.
  • It-tagħlim imħallat, bi u bla internet

Għal kull lingwa hemm espert mill-pajjiż fejn titħaddem il-lingwa, fi kliem ieħor: l-Estonja, Malta, l-Olanda, is-Slovenja u l-Ungerija. Dawn l-esperti rriċerkaw u għandhom esperjenza twila fit-tagħlim tal-lingwi tagħhom.

Dan il-proġett qed jibni linji ta’ gwida, oqfsa u strumenti komuni għal-lingwi kollha bil-għan li l-korsijiet li qed jinħolqu jkunu koerenti. Fit-tfassil tal-proġett l-esperti se jkunu qed jagħtu l-fehmiet tagħhom fuq it-tagħlim imħallat.


Il-persuni li qed ifasslu l-korsijiet qed ifittxu esperti oħra u istituzzjonijiet li jixtiequ jissieħbu fil-proġett b’mod volontarju. Kull taqsima tal-kors teħtieġ nies biex jippruvawha u għalhekk qed nilqgħu l-voluntieri. Ara hawnhekk


La darba jkunu lesti, il-korsijiet se jkunu ttestjati mill-istituzzjonijiet involuti u mill-istituzzjonijiet volontarji.

 

Meta l-proġett jitlesta, dan is-sit elettroniku se jkun qed joffri l-ħames korsijiet ta’ tagħlim imħallat ukoll.


Avviż dwar il-Jeddijiet Miżmuma

It-Termini u l-Kundizzjonijiet